​Il-Konferenza Annwali Dentali – Tbissima għas-Saħħa ġiet organizzata għall-ewwel darba fl-1993 mill-Professur Hector Galea li dak iż-żmien kien id-Direttur tad-Dentistrija fis-servizz pubbliku. Maż-żmien il-konferenza bdiet tiġi organizzata b’mod konġunt mid-Dipartiment tas-Snien u t-Taqsima Servizzi Dentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Primarja. Eventwalment it-Taqsima tas-Saħħa Pubblika Dentali ħadet f’idejha l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment. Il-konferenza evolviet b’mod sinifikanti mill-bidu tagħha, b’bidliet kemm fil-format, fil-kontenut u fl-udjenza effettwati matul dawn is-snin ta’ wara.

Il-Konferenza bħalissa hija miftuħa għall-kirurgi dentali, iġjenisti dentali, teknoloġisti dentali u assistenti / infermiera dentali. Din hija opportunità importanti għall-professjonisti tad-dentistrija u l-paraprofessjonali biex jinvolvu ruħhom fl-edukazzjoni kontinwa.