​Dental Public Health Unit huwa responsabbli mill-Istħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa Orali, li huwa stħarriġ li jsir f’intervalli regolari biex tinġabar informazzjoni dwar is-saħħa orali tal-gruppi ta’ etajiet differenti fil-popolazzjoni Maltija.

L-ewwel Pathfinder Survey sar mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-1987.

L-ewwel Stħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa Orali tat-Tfal imbagħad sar fl-2003 / 2004 minn Vassallo u Portelli.

L-aħħar Stħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa Orali fit-tfal sar bejn l-2013 u l-2016, u r-rapport għal dan l-istħarriġ jinsab fl-aħħar stadji ta’ tħejjija għall-pubblikazzjoni.

Bħalissa għaddej l-ewwel Stħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa Orali fl-adulti.

L-aħħar Stħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa Orali qed isiru b’kollaborazzjoni bejn id-Dental Public Health Unit, il-Fakultà tal-Kirurġija Dentali fl-Università ta’ Malta u d-Dipartiment għall-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa.