It-Taqsima tas-Saħħa Pubblika Dental tipprovdi servizz komprensiv ta’ promozzjoni tas-saħħa orali lill-komunità li jikkonsisti minn:

  • Taħditiet edukattivi
    • fl-iskejjel għat-tfal, għalliema u ġenituri,
    • fil-kunsilli lokali/ċentri ta’ matul il-jum/diversi NGOs,
    • f’diversi gruppi qabel u wara t-twelid,
    • lil carers u infermiera f’residenzi tal-anzjani,
    • fuq il-postijiet tax-xogħol,
    • f’sessjonijiet għal nies li jbatu minn mard kroniku.
  • Parteċipazzjoni fi programmi tar-radju u tat-TV li jippromwovu s-Saħħa Orali.
  • Programmi ta’ screening fl-iskejjel.
  • It-tħejjija u t-tixrid ta’ materjal edukattiv dwar is-Saħħa Orali.
  • L-għoti ta’ pariri u ż-żieda fil-Litteriżmu dwar is-Saħħa Orali permezz tal-paġna ta’ Facebook Dental Public Health Unit

It-Taqsima tas-Saħħa Pubblika Dental tikkollabora ma’ numru ta’ entitajiet oħra bħad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard​, id-Dipartiment għall-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa, Parentcraft, il-Fakultà tal-Kirurġija Dentali fl-Università ta’ Malta, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dental. Studenti, diversi Kunsilli Lokali u l-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika biex ikunu jistgħu jwettqu s-servizzi msemmija hawn fuq.

It-Taqsima tas-Saħħa Pubblika Dental ilha tikkollabora mad-Direttorat tal-Istandards tas-Saħħa fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika fit-tfassil tal-Istandards. Membri tal-Unità huma parti mill-grupp ta’ ħidma li bħalissa qed ifasslu standard intitolat Standards for Minimal Sedation, u pparteċipaw fit-twaqqif tal-Istandards għall-Kliniki Dentali.​​