Vjaġġaturi li jidħlu jew joħorġu minn Malta li jġorru mediċini għall-użu personali għandhom iġorru fuqhom riċetta/ċertifikat mediku minn tabib reġistrat li jkopri l-waqfa tagħhom f’Malta jew barra. Huwa dejjem rakkomandabbli li ġġorr il-mediċini fil-pakkett oriġinali biex tgħin l-identifikazzjoni tal-prodott mediċinali. L-ammont għandu jkun ekwivalenti għat-tul taż-żjara.
F’każ li l-mediċina tkun droga narkotika jew sustanza psikotropika, ikun irid jintalab ċertifikat mediku ta’ Schengen jekk il-pajjiż tad-destinazzjoni jew il-pajjiż tat-tluq ikun stat taż-żona Schengen ukoll. Residenti f’Malta li jridu jivvjaġġaw fi stat ieħor taż-żona Schengen u li għandhom bżonn iġorru magħhom droga narkotika u/jew sustanza psikotropika jeħtieġu ċertifikat mediku validu ta’ Schengen. Iż-żewġ naħat taċ-ċertifikat (validu sa perjodu massimu ta’ 30 jum) iridu jiġu stampati. It-tobba għandhom jimlew it-taqsimiet A, B u Ċ biss filwaqt li sussegwentement it-Taqsima D għandha tiġi awtentikata mid-Drog Control Unit fid-Dipartiment tal-OutPatients, pjan terran, Sptar San Luqa, Gwardamanġa.