​L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rriżultat f’bidliet estensivi fil-mediċini disponibbli fis-suq lokali. In-numru ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jitqiegħdu fis-suq naqas. Inbidlu wkoll id-ditti, l-ismijiet u l-preżentazzjonijiet ta’ xi prodotti.

Disponibbiltà ta’ Mediċini

Politika għal mediċini mhux liċenzjati

Din il-politika ġiet aġġornata fl-2006 sabiex iżżomm konformi mal-leġiżlazzjoni attwali, tiċċara r-responsabbiltajiet u titjieb it-traċċabilità tal-prodotti mediċinali fornuti permezz ta’ proċessi li mhumiex koperti mill-Att dwar il-Mediċini tal-2003 u l-leġiżlazzjoni sussidjarja tiegħu.

Iċ-Ċirkulari rilevanti (Ċirkulari DH 270/2006​) inħarġet biex tispjega l-“Linji Gwida għall-provvista ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem permezz ta’ proċessi li mhumiex koperti mill-Att dwar il-Mediċini 2003​ u l-leġiżlazzjoni sussidjarja tiegħu (prodotti mediċinali mhux liċenzjati)” . It-Taqsima Farmaċewtika hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.