It-Taqsima Farmaċewtika hija taqsima żgħira fi ħdan l-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali (Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika) li hija responsabbli għall-ipproċessar ta’ talbiet għall-użu ta’ prodotti mediċinali mhux liċenzjati kif ukoll għall-kwistjonijiet regolatorji kollha dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-użu ta’ drogi narkotiċi u psikotropiċi. Hija sservi bħala l-punt fokali Nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi, korp tal-Ġnus Magħquda. Hija taħt ir-responsabbiltà diretta tad-Direttur Ġenerali u taħdem mill-qrib mal-Awtorità tal-Mediċini u taqsimiet u dipartimenti oħra fid-Diviżjonijiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru. Taħdem ukoll b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-Dipartiment tad-Dwana u l-Pulizija.