Id-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa huwa impenjat li jissalvagwardja u jsaħħaħ is-saħħa u l-benesseri tal-komunità tagħna. Il-missjoni tagħna hija li nżommu l-ogħla standards tas-saħħa għall-popolazzjoni kollha. Aħna nimmiraw li nwettqu din il-missjoni billi nipprevjenu l-mard, nippromwovu stil ta’ ħajja tajba għas-saħħa, nipproteġu s-saħħa ambjentali, nidentifikaw determinanti li possibilment jirriżultaw f’disparitajiet fis-saħħa, u nippromwovu politika li tagħti prijorità lill-benesseri tal-komunitajiet tagħna. Aħna iddedikati biex inwettqu riċerka u nużaw l-għarfien miġbur mid-data biex insawru strateġiji u politiki nazzjonali. Permezz ta’ outreaches, edukazzjoni u promozzjoni, naħdmu biex nagħtu s-setgħa lill-individwi u lill-komunitajiet sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati li jtejbu s-saħħa u l-benesseri tagħhom.
Fl-insegwiment tal-missjoni tagħna, il-ħaddiema tad-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa huma sodi fid-dedikazzjoni tagħhom sabiex iservu bħala detenituri tas-saħħa pubblika. Aħna naspiraw li noħolqu komunita' aktar reżiljenti u b'saħħitha.